• Skip to primary navigation
  • Skip to main content
  • Skip to footer

Intervisibility

European Intersex Visibility Works!

A project by

  • European Intersex Visibility Works! – Home
  • Community
  • ARTivism

European Intersex Visibility Works! – Home

Merħba f’dinja dejjem aktar viżibbli ta’ nies intersess fl-Ewropa!

Aħna kuntenti li sibtna! Jekk inti persuna intersess, nittamaw li ssib informazzjoni u riżorsi utli. Jekk m’intix intersess, hawnhekk tista’ titgħallem aktar dwar min huma nies intersess. U jekk mhux ċert/a jekk intix intersess, l-informazzjoni fuq dan is-sit tista’ tgħinek biex ssir taf.


Min huma n-nies intersess?

Intersess huwa terminu li jinkludi esperjenzi fejn tkun twelidt b’ġisem li ma jissodisfax l-aspettattivi soċjali ta’ raġel jew mara. Aħna individwi li twiliedna b’karatteristiċi tas-sess li huma jew femminili u maskili fl-istess ħin jew mhumiex la pjuttost femminili u maskili, jew mhumiex la femminili u lanqas maskili. Il-karatteristiċi tas-sess tagħna u ġisimna huma varjazzjonijiet b’saħħithom tas-sessi umani .

Hemm bosta varjazzjonijiet intrinsiċi tal-karatteristiċi tas-sess: ġenitalja ta’ ġewwa jew/u ta’ barra, kromożomi u/jew struttura ormonali li ma’ jilħqux l-aspettattivi soċjali u mediċi, kif ukoll karatteristiċi tas-sess oħra bħal massa muskolari, distribuzzjoni tal-pil u l-istatura, biex insemmu biss ftit.

Għalkemm aħna nitwieldu b’varjazzjonijiet ta’ karatteristiċi tas-sess, dawn jistgħu ma jkunux jidhru fit-twelid. L-iġsma intersess jistgħu jidru jew iddentifikati hekk qabel it-twelid (prenatally), fit-twelid, matul it-tfulija, fil-pubertà jew fi stat adult. Persuna tista’ tirrealizza li tkun intersess minn età bikrija jew aktar tard f’ħajjitha. Xi nies intersess jistgħu qatt ma jkunu jafu li huma intersess skond iċ-ċirkonstanzi tal-ħajja u l-varjazzjonijiet tal-ġisem speċifici.

Jekk int intersess jista’ jkollok, jew kellek, xi wħud minn dawn l-esperjenzi: Li kont trattat kirurġikament jew medikament waqt it-tfulija, fl-adolexxenza u/jew meta kbirt u sirt adult; qalulek li r-raġuni għat-trattament hija relatata mad-diversità tal-ġisem; ġejt dijanjostikat b’dijanjosi relatata ma’ “diżordni / differenzi fi żvilupp tas-sess” (disorders / differences of sex development) (DSD) jew dijanjosi aktar antika li tirreferi għall-intersesswalita jew l-ermafroditismu; inti seta’ kellek jew kellek esperjenza ta’ nies li jtuk fastijdu fuq il-bażi tad-diversita ta’ ġismek.

Dan huwa l-post għall-istejjer ta' nies intersess madwar l-Ewropa.

Il-persuni intersess għadhom inviżibbli ħafna – ħafna drabi issib tabù kbir u mistħija (jew diżunur) marbuta ma’ li tkun intersess. Jekk ma ssibx testimonjanzi fil-lingwa tiegħek, dan ma jfissirx li m’hemmx nies intersess f’pajjiżek. Ifisser biss li għadhom ma tkellmux dwar l-esperjenza tagħhom. Jekk int intersess u trid tikontribwixxi għal din il-websajt jew tikkuntattjana, aħna nieħdu pjaċir nismigħu minn għandek.
Jekk għad m’hemmx informazzjoni fil-lingwa tiegħek, il-websajt tieħdok fil-verżjoni Ingliża.

Liema huma l-kwistjonijiet li jaffaċċjaw in-nies intersess?

Nies intersess madwar l-Ewropa jaffaċċjaw ksur gravi tad-drittijiet umani tagħhom, li jinkludu l-patoloġizzazzjoni ta’ ġisimhom, interventi mediċi mingħajr il-kunsens personali, minn qabel, persistenti u kompletament infurmat; ksur tal-integrità fiżika, trawma psikoloġika, nuqqas ta’ viżibbiltà, stigma, diskriminazzjoni strutturali u verbali, fastidju, nuqqas ta’ aċċess għall-medikazzjoni relevanti jew/u meħtieġa, u nuqqas ta’ rikonoxximent legali.

Dan jista’ jwassal għall kirurġiji biex jitkompla t-trattament li kien diġa beda, trattament ormonali tul il-ħajja u indebolimenti tas-saħħa / ħsara fis-saħħa, kif ukoll riskju għoli ta’ falliment skolastiku (drop-out), li jwassal għal edukazzjoni mhux adegwata, karrieri mkissra u faqar (inkluz li jispiċċaw mingħajr dar fejn joqogħdu). Dan kollu minħabba l-patoloġizzazzjoni u t-trawma relatata ma’ din, il-ħajja tal-familja disturbata minħabba t-tabù u l-medikalizzazzjoni, nuqqas ta’ stima li jkollhom għalihom innifishom u riskju għoli ta’ suwiċidju.


X'inhi l-OII Europe?

L-OII Europe hija organizzazzjoni li tiġbor taħtha organizzazzjonijiet Ewropej li jaħdmu għad-drittijiet umani ta’ persuni intersess, u taħdem sabiex tiżdied l-kuxjenza, il-viżibilità u r-rikonoxximent ta’ persuni intersess fl-Ewropa u madwar id-dinja. L-OII Europe ġiet imwaqqfa f’Jum id-Drittijiet Umani, fl-10 ta’ Diċembru, matul it-Tieni Forum Intersess fi Stokkolma fl-2012, u ila reġistrata bħala organizzazzjoni mhux governattiva sa mill-2016.

Għall aktar informazzjoni u biex titgħallmu aktar, jekk jogħġobkom żuru oiieurope.org


 
 

Riżorsi

 

 
 

Intersex Solidarity Day (November 8)

To see all the Intersex Solidarity Videos check our VIMEO Site here

Footer

A Project by OII Europe

intervisibility header

Organisation Intersex International Europe e. V.

We are a charitable organization registered in Berlin, Germany.

Impressum & Disclaimer
Data Protection

Contact

Address:
Heidelbergerstr. 63/64, 12435 Berlin, Germany

Court of Registration: Amtsgericht Berlin-Charlottenburg

Registration-#: VR 34983 B

Realized with funding by:

Unless otherwise specified the content of this website may be used by the following Creative Commons licence: Creative Commons Lizenzvertrag

  • Malti
  • Albanian
  • Bosnian
  • Български
  • Hrvatski
  • Čeština
  • Dansk
  • Nederlands
  • Suomi
  • Français
  • Ελληνικα
  • Magyar
  • Íslenska
  • Italiano
  • македонски
  • Norsk bokmål
  • polski
  • Português
  • Română
  • Русский
  • српски
  • Slovenčina
  • Slovenščina
  • Español
  • Svenska
  • Türkçe
  • Ukrainian
  • Deutsch
  • English
  • العربية